Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Douai (Franza) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Wenceslas de Lobkowicz vs Ministère des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-690/15)

(2016/C 098/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Douai

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wenceslas de Lobkowicz.

Konvenut: Ministère des Finances et des Comptes publics.

Domanda preliminari

Prinċipju tad-dritt tal-Unjoni jipprekludi li uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea jiġi suġġett għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali għal din l-imposta, bir-rati ta’ 0,3 % u ta’ 1,1 %, fuq dħul min immobbli miksub fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?