21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Jannar 2015 – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-38/16)
(2016/C 106/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compass Contract Services Limited
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
1) |
Id-differenza fit-trattament imwettqa mir-Renju Unit bejn it-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-output (li setgħu jiġu ppreżentati għall-perijodi li ngħalqu qabel l-4 ta’ Diċembru 1996) u t-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-input (li setgħu jiġu ppreżentati għall-perijodi li ngħalqu qabel l-1 ta’ Mejju 1997 – jiġifieri iktar tard mit-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-output) tirriżulta fi:
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal xi waħda mid-domandi 1(a) sa 1(d), it-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-output li jikkonċernaw il-perijodu bejn l-4 ta’ Diċembru 1996 u t-30 ta’ April 1997 kif għandhom jiġi ttrattati? |