Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-39/16)

(2016/C 136/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 198(10) tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (WIB92), fil-verżjoni applikabbli għas-snin ta’ taxxa 2000 u 2001, jikser jew le l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva Parent-Sussidjarja, tat-23 ta’ Lulju 1990 (Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE (1)) sa fejn dan jipprovdi li l-interessi ma humiex ikkunsidrati bħala spejjeż tan-negozju sa ammont li jikkorrispondi għal dak tad-dħul li jista’ jiġi eżentat taħt l-Artikoli 202 sa 204, minn azzjonijiet jew ishma miksuba minn kumpannija li, fil-mument tat-trasferiment tagħhom, ma kinitx żammithom għal perijodu mhux interrott ta’ minn tal-inqas sena, billi ma jagħmilx distinzjoni skont jekk dawn l-interessi jirrigwardawx parteċipazzjoni (jew il-finanzjament ta’ parteċipazzjoni) li minnha nġabru d-dividendi li jistgħu jiġu eżentati?

2)

L-Artikolu 198(10) WIB92, fil-verżjoni applikabbli għas-snin ta’ taxxa 2000 u 2001, jikkostitwixxi dispożizzjoni intiża li tipprevjeni l-frodi u l-abbuż fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva Parent-Sussidjarja (Direttiva tal-Kunsill Nru 90/435/KEE), u, jekk dan ikun il-każ, l-Artikolu 198(10) WIB92 imur lil hinn minn dak li hu neċessarju għall-prevenzjoni ta’ dan il-frodi u l-abbuż sa fejn dan jipprovdi li l-interessi ma humiex ikkunsidrati bħala spejjeż tan-negozju sa ammont li jikkorrispondi għal dak tad-dħul li jista’ jiġi eżentat taħt l-Artikoli 202 sa 204, minn azzjonijiet jew ishma miksuba minn kumpannija li, fil-mument tat-trasferiment tagħhom, ma kinitx żammithom għal perijodu mhux interrott ta’ minn tal-inqas sena, billi ma jagħmilx distinzjoni skont jekk dawn l-interessi jirrigwardawx parteċipazzjoni (jew il-finanzjament ta’ parteċipazzjoni) li minnha nġabru d-dividendi li jistgħu jiġu eżentati?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).