Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Peter Puškár vs Finančné riaditel’stvo Slovenskej republiky

(Kawża C-73/16)

(2016/C 165/07)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Puškár

Konvenuti: Finančné riaditel’stvo Slovenskej republiky, Kriminálny úrad finančnej správy

Domandi preliminari

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [iktar 'il quddiem il-“Karta”], li jgħid li kull persuna li d-drittijiet tiegħu nkisru, f’dan il-każ id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 95/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [iktar 'il quddiem id-“Direttiva 95/46”], għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 47, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ tali rimedju quddiem il-qorti amministrattiva għal obbligu fuq ir-rikorrent, sabiex jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu, li qabel ikun eżawrixxa r-rimedji disponibbli għalih taħt leġiżlazzjoni speċifika, bħal-liġi Slovakka dwar l-ilmenti amministrattivi?

2)

Fil-każ ta’ ksur allegat tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, li, għall-Unjoni Ewropea, huwa prinċipalment implementat permezz tad-Direttiva 95/36 95/46, [u li jimlika] b’mod partikolari:

l-obbligu tal-Istati Membri biex jipproteġu d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali [Artikolu 1(1)],

id-dritt tal-Istati Membri li jipproċessaw data personali jekk l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex issir ħidma fl-interess pubbliku [Artikolu 7(e)] jew it-twettiq tal-interess leġittimi segwit mill-kontrollur jew mit-terz jew mit-terzi li d-data tagħha jiġu kkomunikati u

setgħa [ta’ restrizzjoni] eċċezzjonali tal-Istati Membri [Artikolu 13(1)(e) u (f)] meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja sabiex tissalvagwardja interess ekonomiku jew finanzjarju importanti ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni Ewropea, inklużi fl-oqsma monetarju, baġitarju u fiskali,

id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 7, u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta,

jistgħu jkunu interpretati fis-sens li ma jippermettux lil Stat Membru li joħloq, mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata, listi ta’ data personali għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa, għalkemm il-ksib ta’ data personali mill-awtoritajiet pubbliċi għall-qirda tal-evażjoni tat-taxxa jippreżenta riskju fih innifsu?

3)

Jista’ jistiqes li lista ta’ istituzzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru, li fiha data personali tar-rikorrent u li n-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha huwa ggarantit mill-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jipproteġu din id-data kontra żvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat fis-sens tal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 95/46, tikkostitwixxi, sa fejn hija nkisbet mir-rikorrent mingħajr il-kunsens meħtieġ legalment tal-imsemmija istituzzjoni, motiv ta’ prova illegali li l-preżentazzjoni tiegħu għandhu jiġu miċħud mill-qorti nazzjonali skont ir-rekwiżit ta’ smigħ ġust ifformulat, fid-dritt tal-Unjoni, fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta?

4)

Qorti nazzjonali taġixxi b’mod konformi mad-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust (li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 47 tal-Karta) jekk, wara li kkonstatat li, fil-kawża li biha hija adita, hemm differenzi bejn il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u risposta li ntbagħtet lilha mill-Qorti tal-Ġustizzja, tiffavorixxi l-pożizzjoni ta’ din tal-aħħar skont il-prinċipju ta’ lealtà stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikolu 267 TFUE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.