2.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/31 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-515/13 u T-719/13, Spanja et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-128/16 P)
(2016/C 156/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. DiBucci, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja, Lico Leasing, S.A.U. u Pequeños u Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A.
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2015, mogħtija fil-Kawżi magħquda T-515/13 u T-719/13; |
— |
terġa’ tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fir-rigward tal-kunċetti ta’ impriża u ta’ vantaġġ selettiv, kif ukoll fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni u żnaturament tad-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tan-natura selettiva.
|
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat id-deċiżjoni kontenzjuża meta interpretat u applikat l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-effett fuq il-kompetenza u tal-effett fuq il-kummerċ skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |