Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/6


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’Awla) fl-4 ta Frar 2016, fil-Kawża T-620/11, GFKL Financial Services AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-209/16 P)

(2016/C 222/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: GFKL Financial Services AG, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-620/11, sa fejn din tiċħad bħala infondat ir-rikors,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Jannar 2011, K(2011)275 finali, fil-proċedura “Għajnuna mill-Istat C 7/10 – KStG [Körperschaftsteuergesetz, liġi dwar it-taxxa fuq persuni ġuridiċi] ‘Sanierungsklausel’ [klawżola ta’ ristrutturazzjoni]” skont l-Artikolu 61(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tressaq aggravju uniku.

Jirriżulta ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, l-imsemmija klawżola ta’ ristrutturazzjoni, ma huwiex selettiv.

L-imsemmija klawżola ta’ ristrutturazzjoni ma hijiex prima facie ta’ natura selettiva, peress li ma hemm ebda deroga mis-sistema ta’ riferiment rilevanti u peress li din tikkostitwixxi miżura ġenerali, li tista’ tagħti vantaġġi lil kwalunkwe impriża fit-territorju tal-Istat Membru.

L-imsemmija klawżola ta’ ristrutturazzjoni hija, barra minn hekk, iġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali. Il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni hija ġġustifikata, fl-ewwel lok, mill-prinċipju ta’ impożizzjoni ta’ taxxa skont il-kapaċità kontributtiva, fit-tieni lok, mill-ġlieda kontra l-abbużi, jiġifieri mill-prevenzjoni ta’ tranżazzjonijiet frawdolenti u, fit-tielet lok, mid-differenzi oġġettivi bejn akkwist ta’ ishma dannuż u akkwist ta’ ishma intiż għar-ristrutturazzjoni.