11.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (L-Italja) fil-15 ta’ April 2016 – Bimotor SpA vs Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino
(Kawża C-211/16)
(2016/C 251/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bimotor SpA
Konvenuta: Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino
Domanda preliminari
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT (Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, kif emendata bid-Direttiva 2002/38/KE (2) u bid-Direttiva 2006/112/KE (3)) tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru – bħall-Artikolu 34(1) tal-liġi tat-23 ta’ Diċembru 2000, Nru 388 – li tistabbilixxi li r-rimbors tal-krediti tal-VAT jew il-kumpens għalihom huma awtorizzati għal sena fiskali partikolari, mhux fl-intier tagħhom, iżda biss sa ċertu limitu ddeterminat minn qabel?
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta, Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, li temenda temporanjament id-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward tal-aġġustamenti fit-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli fuq is-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u xi servizzi forniti b’mezzi elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 358).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).