Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Marc Jacob vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-327/16)

(2016/C 305/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Jacob

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva, tat-23 ta’ Lulju 1990 (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprojbixxu, f’każ ta’ tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, mekkaniżmu ta’ posponiment tat-tassazzjoni li jipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-avveniment li jagħti lok għat-tassazzjoni ta’ valur miżjud għandu jiġi kkostitwit matul is-sena li fih dan javvera ruħu, valur miżjud ta’ skambju għandu jiġi kkonstatat u llikwidat fl-okkażjoni tat-tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli u jiġi intaxxat fis-sena li matulha javvera ruħu l-avveniment li jtemm il-posponiment tat-tassazzjoni, li jista’ jkun b’mod partikolari t-trasferiment tat-titoli riċevuti fil-mument tal-iskambju?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva, tat-23 ta’ Lulju 1990, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprojbixxu, f’każ ta’ tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, li l-valur miżjud ta’ skambju ta’ titoli, anki jekk jiġi preżunt li huwa taxxabbli, jiġi intaxxat mill-Istat ta’ residenza tal-persuna taxxabbli fil-mument tat-tranżazzjoni ta’ skambju, anki jekk din il-persuna, fid-data tat-trasferiment tat-titoli riċevuti fl-okkażjoni ta’ dan l-iskambju li fiha l-valur miżjud jiġi effettivament intaxxat, tkun ittrasferiet id-domiċilju fiskali tagħha lejn Stat Membru ieħor?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142).