Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Christian Picart vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-355/16)

(2016/C 335/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian Picart

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dritt għall-istabbiliment bħala persuna li taħdem għal rasha, hekk kif inhu ddefinit mill-Artikoli 1 u 4 tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 u mill-Artikolu 12 tal-Anness I tiegħu, jista’ jitqies li huwa ekwivalenti għal-libertà ta’ stabbiliment ggarantita lill-persuni li għandhom attività bħala persuni li jaħdmu għal rashom mill-Artikolu 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li sar l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

2)

F’din l-ipoteżi, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-Ftehim, hemm lok li l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza C-470/04 tas-7 ta’ Settembru 2006, li ngħatat wara li sar dan il-ftehim, tiġi applikata fil-każ ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li ttrasferixxa d-domiċilju tiegħu fl-Isvizzera li sempliċement iżomm l-ishma li għandu f’kumpanniji li jaqgħu taħt id-dritt ta’ dan l-Istat Membru, li jagħtuh influwenza definittiva fuq id-deċiżjonijiet ta’ dawn il-kumpanniji u jippermettulu jiddetermina l-attivitajiet tagħhom, mingħajr ma jsostni li għandu l-intenzjoni li jeżerċita fl-Isvizzera attività bħala persuna li taħdem għal rasha li hija differenti minn dik li huwa jeżerċita fl-Istat Membru li kien ċittadin tiegħu u li tikkonsisti fil-ġestjoni ta’ dawn l-ishma?

3)

Fl-ipoteżi li dan id-dritt ma huwiex ekwivalenti għal-libertà ta’ stabbiliment, dan għandu jiġi interpretat bl-istess mod kif għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sentenza tagħha C-470/04 tas-7 ta’ Settembru 2006?