Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali tal-impriża Traxx Investments N.V. vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-504/16)

(2016/C 475/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deister Holding AG bħala s-suċċessur legali ġenerali Traxx Investments N.V.

Konvenuta: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

I.)

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (illum l-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE), jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ ħlasijiet ta’ dividendi mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija li l-uniku azzjonist tagħha għandu r-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali,

meta l-ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk huma jirċievu d-dħul direttament u

(1)

meta ma jkunx hemm raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni tal-kumpannija barranija jew

(2)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tiġġenera iktar minn 10 % tad-dħul gross totali tagħha tas-sena kkonċernata permezz tal-attività ekonomika tagħha stess (b’mod partikolari ma huwiex iġġenerat mill-attività ekonomika tal-kumpannija stess dħul idderivat mill-ġestjoni tal-attivi) jew

(3)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tipparteċipa fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża adegwatament organizzata fid-dawl tal-għan korporattiv tagħha,

filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji ommijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu osservati?

II.)

L-Artikolu 5(1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435/KEE (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ ħlasijiet ta’ dividendi mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija li l-uniku azzjonist tagħha għandu r-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali,

meta l-ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk huma jirċievu d-dħul direttament u

(1)

meta ma jkunx hemm raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni tal-kumpannija barranija jew

(2)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tiġġenera iktar minn 10 % tad-dħul gross totali tagħha tas-sena kkonċernata permezz tal-attività ekonomika tagħha stess (b’mod partikolari ma huwiex iġġenerat mill-attività ekonomika tal-kumpannija stess dħul idderivat mill-ġestjoni tal-attivi) jew

(3)

meta l-kumpannija omm barranija ma tkunx tipparteċipa fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża adegwatament organizzata fid-dawl tal-għan korporattiv tagħha,

filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji ommijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr il-ħtieġa li l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu osservati?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).