Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Giovanna Judith Kerr vs Fazenda Pública

(Kawża C-615/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 15(2) u Artikolu 135(1)(f) – Drittijiet ta’ operat ta’ proprjetajiet immobbli – Eżenzjonijiet – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ “negozjar”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giovanna Judith Kerr

Konvenuta: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “negozjar”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, jista’ jirrigwarda attività, bħal dik implementata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sakemm l-imsemmija attività tkun dik ta’ intermedjarju mħallas sabiex jipprovdi servizz lil wieħed mill-partijiet għal kuntratt dwar tranżazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw titoli, u dan is-servizz ikun jikkonsisti f’li jsir dak li jkun meħtieġ sabiex il-bejjiegħ u x-xerrej jiffirmaw dan il-kuntratt, mingħajr l-intermedjarju ma jiffirma huwa stess l-imsemmi kuntratt u, fi kwalunkwe każ, mingħajr ma jkollu interess personali fir-rigward tal-kontenut ta’ dan l-istess kuntratt. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawża li hija adita biha.

____________

1     ĠU C 151, 15.5.2017.