Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2017 – Köln-Aktienfonds Deka vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-156/17)

(2017/C 168/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Köln-Aktienfonds Deka

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Partijiet oħra: Nederlandse Orde van Belastingadviseurs, Loyens en Loeff NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li l-fond ta’ investiment irċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?

2)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li huwa rċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma pprovdiex prova suffiċjenti li l-azzjonisti jew il-parteċipanti tiegħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Olandiża?

3)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li huwa rċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma jqassamx il-profitt kollu mill-investimenti lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tiegħu kull sena, mhux iktar tard minn tmien xhur minn tmiem is-sena finanzjarja, anki jekk, fil-pajjiż fejn huwa stabbilit il-fond ta’ investiment, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli hemmhekk, il-profitt mill-investimenti li ma tqassamx (a) jitqies li tqassam u/jew (b) jittieħed inkunsiderazzjoni fit-taxxa imposta f’dan il-pajjiż fuq l-azzjonisti jew il-parteċipanti tiegħu bħallikieku dan il-profitt ikun tqassam, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?