12.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Skatteverket vs Srf konsulterna AB
(Kawża C-647/17)
(2018/C 052/27)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenuta: Srf konsulterna AB
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “dħul għal avvenimenti” tal-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li jkopri servizz fil-forma ta’ taħriġ ta’ ħamest ijiem dwar il-kontabbiltà li huwa pprovdut unikament lill-persuni taxxabbli u li jeħtieġ reġistrazzjoni u ħlas bil-quddiem?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).