Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-4 ta’ Diċembru 2017 – Vlaams Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie u Vlaams Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw vs Johannes Huijbrechts

(Kawża C-679/17)

(2018/C 094/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vlaams Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie u Vlaams Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw

Konvenut: Johannes Huijbrechts

Domandi preliminari

1)

Sitwazzjoni li fiha eredi jiret żona forestali li tinsab barra mill-pajjiż, amministrata b’mod sostenibbli, mingħajr eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni skont l-Artikolu 55 quater VI. W.Succ. (li sar l-Artikolu 2.7.6.0.3 VI.C.Fisc.), filwaqt li eredi li jiret żona forestali li tinsab fit-territorju nazzjonali, amministrata b’mod sostenibbli, huwa tabilħaqq eżenti mit-taxxa tas-suċċessjoni skont l-Artikolu 55 quater VI.W.Succ. (li sar l-Artikolu 2.7.6.0.3 VI.C.Fisc.), tikkostitwixxi ksur tal-moviment liberu tal-kapital kif stabbilit fl-Artikolu 63 TFUE?

2)

L-interess tal-kopertura forestali Fjamminga, fis-sens tal-Artikolu 55 quater VI, W.Succ. (li sar l-Artikolu 2.7.6.0.3 VI.C.Fisc.), jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika skema li tillimita l-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxi tas-suċċessjoni għaż-żoni forestali li jinsabu fil-Vlaanderen, amministrati b’mod sostenibbli?