23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fis-26 ta’ April2018 – Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-291/18)
(2018/C 259/36)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grup Servicii Petroliere SA
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor y Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 148(c), moqri flimkien mal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud tapplika, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-bejgħ ta’ pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom infushom, u tali pjattaforma taqa’ taħt il-kunċett ta’ “vapur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, safejn din id-dispożizzjoni tirregola, skont il-Kapitolu 7 tad-direttiva, l-“[e]żenzjonijiet relatati mat-trasport internazzjonali”. |
2) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 148(ċ), moqri flimkien mal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li kundizzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud hija li waqt l-użu tagħha (bħala attività kummerċjali/industrijali), il-pjattaforma għat-tħaffir offshore li kapaċi terfa’ lilha nnifisha, li tkun waslet fl-ibħra internazzjonali, tibqa’ effettivament fi stat ta’ moviment, iżżomm f’wiċċ l-ilma, filwaqt li tispostja ruħha minn post għal ieħor, għal perijodu li jkun itwal minn dak li fih din tkun wieqfa jew immobbli, minħabba l-attività ta’ tħaffir fil-baħar, jiġifieri jekk l-attività ta’ navigazzjoni għandhiex tkun effettivament prevalenti meta mqabbla mal-attività ta’ tħaffir? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1)