Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go
201808030142050442018/C 294/473982018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180615343521

Kawża C-398/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Antonio Bocero Torrico vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social


C2942018MT3410120180615MT0047341352

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Antonio Bocero Torrico vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

(Kawża C-398/18)

2018/C 294/47Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Antonio Bocero Torrico

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

Domandi preliminari

L-Artikolu 48 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għal pensjoni tal-irtirar antiċipat, li l-ammont tal-pensjoni li għandha tiġi riċevuta għandu jkun ogħla mill-ammont minimu ta’ pensjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt li tirċievi skont din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-kunċett ta’ “pensjoni li għandha tiġi riċevuta” jinftiehem bħala l-pensjoni effettiva li titħallas unikament mill-Istat Membru kompetenti (f’dan il-każ, Spanja), mingħajr ma tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-pensjoni effettiva li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tirċievi abbażi ta’ benefiċċji oħra tal-istess natura li jitħallsu minn Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra?