Kawża C-405/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – AURES Holdings, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – AURES Holdings, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-405/18)
2018/C 301/25Lingwa tal-kawża: iċ-ĊekQorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AURES Holdings, a.s.
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Domandi preliminari
1) |
Jista’ l-kunċett ta’ libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE ( 1 ) jinftiehem li jkopri trasferiment sempliċi tal-amministrazzjoni ta’ kumpannija minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor? |
2) |
Jekk dan huwa l-każ, liġi nazzjonali li ma tippermettix li entità minn Stat Membru ieħor, meta din tkun qed tittrasferixxi l-post tal-kummerċ jew is-sede ta’ amministrazzjoni lir-Repubblika Ċeka, tinvoka telf għal skop ta’ taxxa sostnut f’dak l-Istat Membru l-ieħor, tmur kontra l-Artikolu 49, l-Artikolu 52 u l-Artikolu 54 TFUE? |
( 1 ) ĠU 2012 C 326, p. 47.