Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) - PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-292/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Ammont taxxabbli – Tnaqqis – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Dejn li wara l-proċeduri ta’ falliment sar irrekuperabbli)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PORR Építési Kft

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jippermetti t-tnaqqis tal-ammont taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud jekk il-persuna taxxabbli tista’ turi li d-dejn li għandha tad-debitur tagħha huwa ta’ natura definittivament irrekuperabbli, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, peress li din is-sitwazzjoni ma tikkostitwixxix każ ta’ nuqqas ta’ ħlas li jista’ jaqa’ fid-deroga mill-obbligu li jista’ titnaqqas l-ammont għat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu.

____________

1     ĠU C 220, 1.7.2019.