Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2020 – ACC Silicones Ltd. vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-572/20)

(2021/C 53/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ACC Silicones Ltd.

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 63 TFUE (ex Artikolu 56 TKE) jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tar-rimbors tat-taxxa fuq id-dħul mill-kapital, teżiġi minn kumpannija mhux residenti li tirċievi dividendi li ġejjin minn ishma u li ma tilħaqx il-limitu minimu ta’ sehem previst fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1) (kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ ta’ kumpanniji parent u s-sussidjarji tagħhom fi Stati Membri differenti (2)), li hija tipprova, permezz ta’ ċertifikat maħruġ mill-amministrazzjoni fiskali barranija, li din it-taxxa fuq id-dħul mill-kapital ma tistax tiġi imposta fuq l-imsemmija kumpannija jew fuq azzjonist li għandu sehem dirett jew indirett fiha jew inkella titnaqqas bħala spejjeż operatorji jew spejjeż professjonali, u sa fejn ma kien hemm ebda impożizzjoni, ebda tnaqqis, ebda riport, meta tali prova ma hijiex meħtieġa, għall-finijiet tar-rimbors tat-taxxa fuq id-dħul mill-kapital, minn kumpannija residenti li żżomm sehem ekwivalenti?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju tal-effett utli jipprekludu r-rekwiżit taċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel domanda jekk huwa de facto impossibbli għar-resident li jibbenefika minn dividendi li ġejjin minn ishma free-float miżmuma minn azzjonisti li jipproduċi tali ċertifikat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9. Vol. 1, p. 147.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 9, Vol. 2, p. 3.