8.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – DBKAG vs Finanzamt Linz
(Kawża C-59/20)
(2020/C 191/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DBKAG
Konvenut: Finanzamt Linz
Domanda preliminari
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, jaqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment” l-għoti minn terz li jikkonċedi lil kumpannija ta’ investiment ta’ kapital dritt għall-użu ta’ softwer speċjalizzat maħsub speċifikament għall-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment meta, bħal fil-kawża prinċipali, dan is-softwer ikun intiż biss sabiex iwettaq attivitajiet essenzjali u speċifiċi għall-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment, iżda jkun jista’ jintuża biss fl-infrastruttura teknika tal-kumpannija ta’ investiment ta’ kapital u jkun jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu biss permezz tal-kollaborazzjoni sekondarja tal-imsemmija kumpannija, bl-użu kontinwu ta’ data tas-suq pprovduta minnha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).