24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Frar 2020 – SC Mitliv Exim SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-81/20)
(2020/C 279/24)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Mitliv Exim SRL
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 325 TFUE, f’ċirkustanzi bħal dawk fit-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fit-tilwima fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-adozzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sanzjoni fil-konfront ta’ persuna taxxabbli li hija persuna ġuridika, kemm fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva kif ukoll fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, proċeduri li jsiru fl-istess waqt kontriha, għall-istess atti materjali ta’ evażjoni fiskali, sakemm is-sanzjoni li tirriżulta mill-proċedura amministrattiva tista’ tkun ikkaratterizzata wkoll bħala ta’ natura kriminali, konformement mal-kriterji stipulati mill-qorti Ewropea fil-ġurisprudenza tagħha, u sa liema punt dawn il-passi kollha, ladarba jittieħdu flimkien, huma ta’ natura eċċessiva fir-rigward tal-istess persuna taxxabbli? |
2) |
Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-Istat, permezz tal-awtoritajiet tat-taxxa tiegħu, ma jiħux inkunsiderazzjoni l-istess fatti materjali ta’ evażjoni fiskali, fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva, tas-somma diġà mħallsa bħala dannu kriminali u li tirrappreżenta wkoll is-somma li tkopri d-dannu fiskali, li jagħmel din is-somma indisponibbli għal ċertu perijodu ta’ żmien, sabiex sussegwentement jiġu stabbiliti wkoll fil-konfront tal-persuna taxxabbli, fil-proċedura amministrattiva, obbligi ta’ taxxa anċillari għad-dejn diġà mħallas? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.