23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fis-27 ta’ Mejju 2021 – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat
(Kawża C-330/21)
(2021/C 338/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: The Escape Center BVBA
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi huwa suġġett għar-rata mnaqqsa ta’ VAT unikament jekk ma tiġi pprovduta ebda gwida individwali jew gwida ta’ grupp?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.