Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

4.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Lulju 2021 – X GmbH & Co. KG vs Finanzamt Bremen

(Kawża C-431/21)

(2021/C 401/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X GmbH & Co. KG

Konvenut: Finanzamt Bremen

Domanda preliminari

L-Artikolu 43 tat-Trattat KE u l-Artikolu 49 TFUE li jiggarantixxu l-libertà ta’ stabbiliment (u l-Artikolu 49 tat-Trattat KE u l-Artikolu 56 TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, fil-każ ta’ fatti marbuta ma’ tranżazzjonijiet b’element barrani, il-persuna taxxabbli għandha tistabbilixxi dokumentazzjoni tan-natura u tal-kontenut tar-relazzjonijiet tagħha ta’ negozju mal-persuni relatati, li tinkludi wkoll il-bażi ekonomika u legali ta’ ftehim ta’ kompetizzjoni ġusta dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet kummerċjali l-oħra mal-persuni relatati, u li skontha, jekk il-persuna taxxabbli ma tipproduċix l-imsemmija dokumentazzjoni meta l-awtoritajiet fiskali jitolbuha tagħmel dan, jew jekk id-dokumentazzjoni prodotta essenzjalment ma tkunx tista’ tintuża, mhux biss ikun preżunt b’mod konfutabbli li d-dħul tagħha suġġett għat-taxxa fil-Ġermanja, li għad-determinazzjoni tiegħu sservi d-dokumentazzjoni, huwa ogħla mid-dħul li hija ddikjarat u, jekk f’tali każijiet l-awtorità tat-taxxa għandha tagħmel stima u dan id-dħul jista’ jiġi ddeterminat biss f’ċertu qafas, b’mod partikolari biss abbażi ta’ meded ta’ prezzijiet, dan il-qafas jista’ jiġi eżawrit għad-detriment tal-persuna li tħallas it-taxxa, iżda, barra minn hekk, għandha tiġi ddeterminata żieda, li hija ta’ mill-inqas 5 fil-mija u ta’ mhux iktar minn 10 fil-mija tal-ammont addizzjonali ddeterminat tad-dħul, iżda mill-inqas EUR 5 000, u, fil-każ ta’ sottomissjoni tardiva ta’ dokumentazzjoni li tista’ tintuża, sa EUR 1 000 000, iżda mill-inqas EUR 100 għal kull jum sħiħ ta’ dewmien, u l-impożizzjoni ta’ sovrataxxa ma ssirx biss jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi ta’ żamma ta’ dokumentazzjoni jidher skużabbli jew jekk in-nuqqas ikun biss minimu?